The theocracy where ‘normal’ things don’t happen very often
Hahahaha. They didn’t question me.
Interrogati għax esprimew fehemthom dwar il-Papa
Il-Pulizija żammet u nterrogat persuni li fl-aħħar sigħat esprimew ħsibijiet ta’ kritika fil-konfront tal-Papa Benedittu XVI.
F’każ ieħor li jhedded il-libertà tal-espres sjoni, dawn il-persuni kienu miżmuma f’ċella, għal ftit sigħat, qabel imbagħad kienu interrogati.
Il-pulizija wissew lil dawn il-persuni dwar il-messaġġi tagħhom fuq in-network soċjali facebook. Liema messaġġi l-uffiċjali tal-Korp iddeskrivew bħala “antagonisti”.
Fost il-persuni nterrogati kien hemm min tkellem dwar l-aħħar każi ta’ abbuż sesswali fi ħdan il-Knisja.
Ma kinux wieħed u t-tnejn li esprimew id-diżappunt tagħhom għal mod kif il-knisja taħt it-tmexxija tal-aħħar żewġ Papiet imxiet f’dawn il-każi.
Intant wieħed mill-kummenti li l-pulizija ġabret persuna dwarhom, fejn saħansitra marret tfittxu f’daru u fuq il-post tax-xogħol, kien jgħid li l-“papa huwa kriminal u li għandu jgħaddi ġuri f’qorti ċivili.”
Jidher li l-kumment ta’ dan l-individwu huwa mnebbah mill-argumenti li għamel il-korrispondent tal-ġurnal influwenti Ingliż The Guardian, Richard Dawkins.
Dawkins stqarr li minkejja li l-Papa Benedittu XVI ma kienx wieħed mill-qassisin li abbużaw mit-tfal, il-Papa għandu jwieġeb bħala l-Kap tal-Knisja.
Huwa appella biex meta jżur l-Ingilterra ikun arrestat u jekk huwa innoċenti għandu jipprova dan fil-qorti.
Dawkins iżid isemmi l-każi li għalihom irid lill-Papa iwieġeb.
Anke jekk huma ħafna dawk li ma jaqblux mal-argumenti ta’ Dawkins, inkluż fl-Ingilterra, huwa la kien arrestat u lanqas interrogat mill-Pulizija, kif ġara f’Malta fl-aħħar sigħat.
It-TORĊA ppruvat tieħu l-kummenti tal-Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo dwar dawn il-każ.
Minkejja dan kull attentat biex nagħmlu kuntatt miegħu sfuma fix-xejn.
F’intervista li ppubblikajna nhar il-Ħadd li għadda, Rizzo qal li l-pulizija għandha tara li kulħadd josserva l-liġi u jekk għandu jsir xi tibdil fil-liġi għandu jsir mil-leġiżlatur.
